Proġett IADliber
Żieda fil-kompetenzi tal-edukaturi tal-adulti, bħala mezz għall-ħelsien tal-adulti mid-disturb tal-vizzju tal-internet
Numru tal-proġett: 2022-1-RO01-KA220-ADU-000087209
Tul tal-Proġett: 01.12.2022 – 30.11.2024 (24 months)
GĦAN TAL-PROĠETT
IADliber Il-proġett għandu l-għan li jkun ta’ appoġġ għall-edukaturi li jaħdmu ma’ l-adulti, speċjalment dawk involuti ma’ adulti b’livell ta’ edukazzjoni baxxa billi nipprovdu materjali edukattivi li jistgħu jgħinuhom fix-xogħol tagħhom u jkunu għodda eċċellenti biex ngħinu lill-gruppi fil-mira jiżviluppaw ħiliet relatati ma’ mindfulness u metodi oħra biex tiffoka, għarfien personali, u il-valutazzjoni affidabbli tas-sitwazzjoni.
DESKRIZZJONI
Id-Disturb tad-Dipendenza fuq l-Internet, għalkemm mhux rikonoxxut uffiċjalment mid-WHO jew mill-APA, huwa patoloġija serja u problematika. Jista’ jiġi definit bħala nuqqas ta’ kontroll fl-użu tal-Internet, b’tali mod li jkollu impatt fuq il-ħajja personali tal-utent. Minn 39% tal-popolazzjoni dinjija li tuża l-Internet, madwar. 6% huwa stmat li jiġi affettwat mill-IAD.
L-attivitajiet kollha tal-proġett se jkunu mmirati lejn is-soluzzjonijiet u t-titjib tas-sitwazzjoni fost adulti żvantaġġati. Il-proġett se joħloq għodod għall-istituzzjonijiet li jappoġġjaw u jieħdu ħsieb adulti żvantaġġati: ċentri ta’ kura soċjali għall-adulti, organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni tal-adulti, universitajiet, dipartimenti tal-edukazzjoni lokali u reġjonali, eċċ.
Gruppi fil-Mira Tal-Proġett
- Edukaturi tal-adulti li jittrattaw prinċipalment ma’ adulti żvantaġġati (prinċipali)
- Nies b’inqas opportunitajiet (kwalifiki baxxi, qiegħda, adulti f’riskju ta’ faqar, eċċ.) (grupp fil-mira sekondarju)

RIŻULTATI
- PR1: IADliber Survival Kit – ġabra ta’ kontenut li se jsaħħaħ il-ħiliet relatati mal-attenzjoni u metodi oħra ta’ fokus, għarfien personali u valutazzjoni affidabbli tas-sitwazzjoni, sabiex tgħin fil-ħolqien ta’ soċjetà li tkun edukata aħjar u aktar reżiljenti għall-IAD.